Ftit ilu rrapportajna li nirien ħakmu appartment fl-Msida. Raġel u mara inħarġu minn dawn in-nirien u ttieħdu fl-isptar Mater Dei, bil-kundizzjoni tagħhom għad trid tiġi ikkonfermata.
Iżda ritratt partikolari jikkonferma kemm il-ħaddiema fil-qasam tas-salvataġġ jimpenjaw ruħhom mill-qalb biex isalvaw lil kulħadd, inkluż ħlejjaq b’erba’ saqajn. Hawnhekk il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jidhru joħorġu kelb jew kelba li kienet fl-istess apppartament. Il-ħlejqa tidher imbeżża’, u bir-raġun. Madanakollu il-ġest tal-ħaddiema jikkonferma d-dedikazzjoni ta’ min jaħdem mall-forzi tas-salavataġġ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI