Il-Pulizija fl-Ekwador arrestat seba’ irġiel armati li daħlu fi sptar f’attentat biex joqtlu żagħżugħ li kien qed jiġi kkurat hemmhekk.
Membri tal-grupp aggressiv ħadu infermiera ostaġġi u sparaw tiri lejn il-Pulizija qabel ma nżammu. L-ostaġġi kollha ġew meħlusa u ħadd ma weġġa’.
Il-mira tal-attakk huwa żagħżugħ ta’ 17-il sena, magħruf bħala “Dirty Face”. Aktarx li huwa membru ta’ gang rivali, u jinsab fil-kura intensiva jirkupra minn feriti kkaġunati minn balal.
L-irġiel armati żammew ħames ħaddiema tal-isptar ostaġġi għal aktar minn siegħa. Filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali juri rġiel lebsin balaklavi jżommu xkubetti u jimbottaw mara tgħajjat u terrorizzata. Impjegati oħra tal-isptar fl-isptar qalu li ssakkru fi kmamar waqt li l-irġiel armati kissru l-bibien fit-tfittxija għall-adoloxxenti.
Impjegat qal li l-agressuri ma kinux jafu l-istruttura tal-binja, u għalhekk daru dawra mal-isptar kollu, li jinsab fil-belt ta’ Chone, fil-punent tal-pajjiż.
Il-President tal-Ekwador Guillermo Lasso irringrazzja lill-Pulizija u qal li l-intervent tagħhom salva l-ħajjiet.
Debo destacar el notable trabajo de la @PoliciaEcuador en el Hospital Napoleón Dávila de Chone. Su intervención logró detener a los 7 delincuentes, liberar 4 rehenes y salvar vidas. Esas son nuestras fuerzas del orden: listas para defender a la ciudadanía. Situación bajo control. pic.twitter.com/2ASdtxjeKV
— Guillermo Lasso (@LassoGuillermo) November 28, 2022