It-30 edizzjoni tal-Malta International Challenge Marathon ikkonkludiet il-Hadd filghodu f’kundizzjonijiet ta’ temp b’riħ qawwi u xita hekk kif l-atleti ffaċċjaw l-aħħar stadju, tellieqa ta’ 21km, li kienet l-ahhar tappa tal-avveniment mifrux fuq tlett ijiem
Matthew Xuereb u Jemima Farley kisbu rebħiet mill-aqwa fl-aħħar stadju tal- Malta International Challenge Marathon. Ir-rebhiet taghhom ma gewx sorpriza hekk kif kienu fuq quddiem tul it-tliet stadji ta’ din it-tellieqa unika.
Clive Ferrante u George Said, spiccaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament u żammew il-pożizzjonijiet li kisbu fl-ewwel tappa tat-tellieqa l-Ġimgħa filghodu.
Intant fil-kategorija tan-nisa, Cliantha Yasenchack żammet it-tieni pożizzjoni ġenerali tagħha għat-tielet darba. Nicola Camilleri spiccat fit-tielet post wara li spiċċat ukoll it-tielet fit-tellieqa ta’ 5 km tal-ġurnata ta’ qabel.
Ħadu sehem ukoll diversi atleti barranin, l-aktar mill-Olanda, b’rappreżentazzjonijiet mill-Ġermanja u l-Istati Uniti wkoll jiffurmaw parti mil-lista tat-tluq.
Preżenza notevoli fost l-atleti kien Charles Darmanin ta’ 68 sena li temm it-30 Challenge Marathon tiegħu, wara li kien preżenti għat-tlielaq kollha sa mill-bidu tagħha.
Immedjatament wara t-tellieqa ġew ippreżentati trofej lir-rebbieha kif ukoll dawk tal-gruppi tal-eta mill-President tal-Club Ray Grech, li rrimarka li “It-temp li konna ffaċċjati bih fi tmiem il-ġimgħa tal-Malta International Challenge Marathon żgur ipprovda sfida kbar lil dawk kollha li hadu sehem. Wara assenza ta’ sentejn, hadna gost li nergghu nilqu din it-tellieqa fil-kalendarju tal-Klabb taghna.”
Is-Segretarju Ġenerali tal-Birkirkara St Joseph Sports Club, Euchar Camilleri esprima r-ringrazzjament tiegħu lejn dawk involuti fl-organizzazzjoni tat-tellieqa, b’mod partikolari l-kunsilli lokali ta’ San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, il-Pulizja, LESA, Transport Malta, it-timijiet mediċi, u l-voluntiera li minkejja t-temp hazin kienu presenti biex jappoġġjaw lill-atleti.
“Diġà qed nistennew bil-ħerqa l-avveniment tas-sena d-dieħla, li jsir matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa ta’ Novembru. Il-Klabb dalwaqt se jkun qed iniedi l-Kalendarju ta’ Avvenimenti tiegħu għall-2023, li jwiegħed li jkun varjat kemm jista’ jkun biex jiżgura esperjenza ta’ tiġrija sodisfaċenti għal dawk kollha involuti” temm jgħid Camilleri.
L-avveniment li jmiss għall-Klabb huma it-tlielaq tal-Eurosport Fleur-de-Lys nhar it-13 ta’ Diċembru. Applikazzjonijiet jistgħu jsiru online – https://bsj.mt/event/2022-eurosport-bsj-fleur-de-lys-road-races/
Malta International Challenge Marathon Rizultati
Irgiel Nisa
1st Matthew Xuereb (2:35:37) Jemima Farley (2:38:58)
2nd Clive Ferrante (2:43:53) Cliantha Yasenchack (3:24:47)
3rd George Said (2:44:48) Nicola Camilleri
Rebbieha Trofej Gruppi tal-Eta
Nisa Vella Falzon Ruth O/35 4:39:54
Fenech Donatella O/40 3:38:57
Mercieca Loren O/45 3:58:12
Cilia Mumford Josianne O/50 3:34:22
Polidano Doreen O/55 4:50:53
Irgiel
Degiorgio Jan O/35 2:45:35
Criscione Andrea O/40 2:55:08
Fenech Frank O/45 3:06:42
Galea David O/50 2:56:19
Gross Stephan O/55 4:05:53
Moonen Wil O/60 4:11:48
Oonincx Joseph O/65 3:55:05