F’partita mill-isbaħ minn Grupp E, Spanja u l-Ġermanja ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ 1 – 1, liema draw iżjed jikkuntenta lil Spanja milli lill-Ġermanja.
L-ewwel taqsima kienet pjuttost bilanċjata bil-Ġermanja jkollhom gowl ta’ Antonio Rudiger imħassar għal offside permezz tal-VAR.
Spanja, li kienu l-aktar tim b’pussess fil-grawnd, marru fil-vantaġġ fil-62 minuta permezz ta’ Alvaro Morata. Minn hemm il-quddiem il-partita sbieħet biż-żewġ timijiet jattakkaw il-lasti avversarji. Ir-reazzjoni tal-Ġermanja, li definitivament ma’ setawx jitilfu fit-tentattiv li jħallu ċ-ċans ta’ kwalfikazzjoni miftuħ, urew reazzjoni qawwija u l-gowl tas-sostitut Niclas Fullkrug fil-83 minuta kien meritat.
Dan il-gowl ta’ kuraġġ lil Ġermanja iżda Spanja xorta kkontrollaw tajjeb biex eventwalment l-konfront spiċċa f’riżultat ġust ta’ 1 – 1.
Ritratt: Express