Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 34
sena residenti il-Ħamrun, intlaqat minn Suzuki Swift, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti Bormla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar assistenza medika, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.