Fl-Al Thumama Stadium, minn Grupp F, il-Marokk ħadu l-ewwel rebħa u telgħu fil-quċċata tal-grupp b’erba’ punti. Isegwu l-istess Belġju bi tliet punti.
Fil-ħin miżjud qabel tmiem l-ewwel taqsima, kienu l-Marokk li skorjaw, permezz ta’ Hakim Ziyech, iżda mill-VAR irriżulta li kien offside.
Fit-tieni taqsima ż-żewġ naħat ma waqfux milli jkunu perikolużi, bil-Marokkini li baqgħu jemmnu li setgħu jieħdu xi ħaġa minn dan il-konfront. Min-naħa l-oħra l-aktar plejer li ħoloq ċansijiet kien Thorgan Hazard li kellu erba’ ċansijiet.
Fit-73 minuta, Abdelhamid Sabiri minn free kick imdawwar, ħasad għal kollox lil Thibouis Courtois u poġġa lill-Marokk fil-vantaġġ.
Fit-tieni minuta tal-ħin miżjud, wasal it-tieni gowl għall-Marokk. Azzjoni stupenda li rat lil Ziyech jagħti lejn Abouhklal li spara lejn is-saqaf tax-xibka.
Skor finali Belġju 0 Marokk 2 u mill-istess grupp fil-17:00, il-Kroazja taffronta lill-Kanada.
Ritratt: Manan Vatsyania /AFP