Is-sentejn ta’ tfixkil li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19 qajmu diversi mistoqsijiet dwar l-istat tal-industrija tal-jottijiet u s-saħħa ġenerali tal-isport tal-ibburdjar minn mexxejja u esperti tal-industrija waqt il-Yacht Racing Forum, li sar f’Malta aktar kmieni din il-ġimgħa.
Il-Forum, imtella’ minn Yachting Malta, ġabar flimkien numru kbir ta’ esperti fil-qasam, fost dawk preżenti kien hemm uħud mill-baħħara ewlenin, disinjaturi, inġiniera, bennejja ta’ dgħajjes, speċjalisti tal-marketing u tal-komunikazzjoni, organizzaturi ta’ avvenimenti u team managers.
250 delegat li jirrappreżentaw tlieta u għoxrin pajjiż differenti kienu ħerqana biex jiddiskutu l-isfidi li qed jiffaċċjaw, l-istat, il-viżibbiltà u l-futur tal-isport, kif ukoll jistabbilixxu l-livell ta’ attrazzjoni kummerċjali kemm mil-lat teknoloġiku kif ukoll kummerċjali.
Is-suġġetti ta’ diskussjoni u tħassib evolvew b’mod ċar matul is-snin. Fl-2022 kelliema ddiskutew l-aċċess taż-żgħażagħ għall-isport, il-potenzjal kummerċjali tal-ibburdjar u l-impatt tal-klassijiet Olimpiċi l-ġodda koperti mill-midja. Suġġetti ġodda li ma kinux jiffurmaw parti mid-diskussjonijiet tan-nies qabel il-Covid, kienu fil-fatt il-pandemija u l-blockchain. Din is-sena madankollu, ġie diskuss kif l-isport jista ‘jibbenefika mit-teknoloġija blockchain.
Waqt il-ftuħ tal-Forum, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, l-Onor Dr Aaron Farrugia stqarr l-entuzjazmu dwar il-fatt li Malta reġgħet kienet qeda tospita avvenimenti internazzjonali bħall-Yacht Racing Forum.
Meqjusa bħala settur ewlieni għal Malta, kien hemm diversi inizjattivi li juru l-attenzjoni kbira li tgawdi din l-industrija f’Malta, kompla l-Ministru Farrugia.
Permezz ta’ diversi inizjattivi ta’ Yachting Malta, fix-xhur li għaddew raw appoġġ jingħata lejn il-Paralympic Sailing Programme permezz tad-donazzjoni ta’ dgħajjes tal-Klassi Hansa 303 mogħtija lill-klabbs lokali tal-ibburdjar, żvilupp ta’ opportunitajiet indaqs fl-isport u l-investiment fit-twaqqif ta’ tim fl-ibburdjar offshore. Dan jkun jista’ joffri lill-bahrin Maltin l-opportunita’ li jtellqu lil hinn mix-xtut. . Il-Politika Nazzjonali dwar il-Ibburdjar, ir-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir biex jagħmel il-Port aktar attraenti u funzjonali kollha qed iseħħu biex jiżguraw li Malta tkun mghazula biex tospita avvenimenti internazzjonali.
Malta tgawdi minn kundizzjonijiet eċċellenti ta’ riħ, ilmijiet nodfa u ċari u l-kompetenza li tospita avvenimenti internazzjonali stabbiliti bħar-Rolex Middle Sea Race u avvenimenti li ser isiru is-sena diehla bħall-Kampjonati Ewropej ORC li ser isiru f’ April, temm jgħid il-Ministru Farrugia.
Fost suggetti diskussi fil-Forum, kien hemm il- bidla soċjali u ambjentali fl-isport, ekwità bejn il-generi u opportunitajiet indaqs li għalihom il-Yacht Racing Forum huwa magħruf bħala pijunier. Madankollu ħarġu diskussjonijiet oħra dwar l-istat tal-isport, il-pożizzjonament tiegħu fid-dinja globali tal-isport u d-divertiment, il-midja u l-valur kummerċjali tat-tbaħħir bħala sport kompetittiv.
Fuq il-front tad-disinn u t-teknoloġija, ġew diskussi l-aħħar żviluppi teknoloġiċi, partikolarment dak tal-foiling. Is-sostenibbiltà fl-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta’ jottijiet tat-tlielaq kienet indirizzata wkoll għall-ewwel darba.
Iċ-Chairman il-gdid ta’ Yachting Malta Jonathan Borg irrimarka li Malta dejjem kienet meqjusa bħala sit ta’ importanza marittima strateġika u matul is-snin bniet esperjenza fl- organizzazzjoni t’avvenimenti internazzjonali. L-ospitar tal-Forum huwa xhieda tal-kapacita ta’ Malta bħala post eċċellenti biex tgħaqqad id-dilettanti tal-jottijiet – f’diversi kapaċitajiet, għal Konferenza f’Malta.
Borg, irrimarka li Yachting Malta hija ppreparata tajjeb biex toffri l-esperjenza u l-kompetenza tagħha, kif ukoll tinvestiga sħubijiet possibbli biex tiffaċilita l-ospitar ta’ avvenimenti internazzjonali ta’ kwalità għolja f’Malta.
Madankollu, Borg pront rrimarka li Malta mhix biss dwar avvenimenti ta’ jottijiet. Malta hija wkoll destinazzjoni li toffri faċilitajiet ta’ kwalità għal refits, destinazzjoni ta’ cruising, port domestiku, bandiera ta’ fama rispettata, destinazzjoni sigura għax-xitwa u post komdu għall-ekwipaġġ u l-impjegati.
Malta għandha faċilitajiet eċċellenti ta’ taħriġ tal-ekwipaġġ u faċilitajiet ta’ taħriġ ghall- klassijiet Olimpiċi. Bil-popolazzjoni tal-ibburdjar li hija waħda li qed tavvanza fl-eta, il-faċilitajiet ta’ taħriġ disponibbli f’Malta kienu ta’ interess partikolari minn dawk il-partijiet interessati li jiddiskutu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u modi kif jinkoraġġixxu lill-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tissieħeb f’dan l-isport.
Yachting Malta kisbet ħafna successi mill-bidu tagħha, iżda “mhux ha nieqfu hawn” irrimarka Borg. “Hemm ħafna xi jsir u huwa b’sodisfazzjon li nara l-motivazzjoni u l-enerġija meħtieġa biex ngħidu li aħna lesti nilqghu f’Malta kull min jixtieq jahdem maghna.