Maltemp qawwi fil-gżira ta’ Ischia, l-Italja wassal biex numru ta’ djar u stabbilimenti ġġarrfu b’valanga tat-tajn filwaqt li xi karozzi spiċċaw fil-baħar.
Il-gżira ta’ Ischia tinsab ‘il barra mill-kosta ta’ Napli.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-gżira esperjenzat żewġ valangi wara xulxin dalgħodu u s’issa għadu mhux magħruf jekk mietux jew weġġgħu nies minħabba li s-sitwazzjoni hija waħda perikoluża.