Il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li madwar sitt miljun dar residenzjali fl-Ukrajna għadha mingħajr dawl, hekk kif dil ġimgħa ġew sparati bosta missili madwar il-pajjiż.
Fl-Indirizz li jagħti lin-nazzjon ta’ kull filgħaxija, Zelensky qal kif miljuni ta’ nies, f’kesħa qalila, qed jitħallew mingħajr dawl, ilma, u aċċess biex isaħnu djarhom.
Intant, fl-istess ħin, il-President Russu Vladimir Putin qal li hu qed iħoss il weġgħat tal-ommijiet li għandhom lill-uliedhom jiġġieldu fil-gwerra fl-Ukrajna.
Ċifri ġodda li ħarġu fil-midja internazzjonali juru li madwar mitt elf suldat Russu u mitt elf suldat Ukren, sfaw maqtula jew midruba minn mindu bdiet il-gwerra fl-24 ta’ Frar li għadda.