Raġel, li ismu ma jistax jixxandar minħabba ordni tal-Qorti, inżamm arrestat wara li allegatament iffastidja sesswalment lill-uliedu.
Fil-Qorti ntqal li meta l-mara tal-akkużat marret tagħmel rapport fuq vjolenza domestika flimkien m’uliedha, ħareġ li r-raġel allegatament għamel attentat ta’ fastidju fuq bintu, filwaqt li allegatament iffastidja lil bintu l-oħra; li t-tnejn li huma minorenni.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għal din it-talba għax il-vittmi għadhom iridu jixhdu u minħabba ltralċ tal-provi.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak ċaħdet it-talba tad-Difiża.