Il-Ħamis f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi tela’ s-separju fuq l-ispettaklu ‘Amora by Cirque du Soleil’, li se jibqa’ għaddej sat-18 ta’ Diċembru.
Wara s-suċċessi li nkisbu f’pajjiżna fis-snin 2019 u 2021, fejn ġew attirati madwar 50,000 spettatur, għal din l-edizzjoni l-kumpanija se tkun qed tippreżenta spettaklu magħmul esklussivament għall-Malta.
Il-karattru prinċipali, Mick Holsbeke, tkellem dwar kif l-istorja ta’ dan l-ispettaklu ta’ madwar 75 minuta ddur madwar l-istorja ta’ mħabba bejn iż-żewġ protagonisti: Bruno u Loulou.
Qal, “Amora is a love story between Bruno and Loulou, and Bruno is an awkward, clumsy, and incapable oinsome kind of way getting to Loulou, and the other acrobats help him reach onto her balcony.”
Min-naħa tagħha, id-Direttur Kreattiv tal-kumpanija Kanadiża, Marie-Hélène Delagem, qalet li l-ispirazzjoni għal dan l-ispettaklu tnisslet minn mixja fit-toroq Maltin, wara li ġew affaxxinati bl-arkitettura fihom.
Qalet, “As we were wandering the streets, we were amazed by the facades, by the colours, by the fact that the community lives through the streets, and it became the spark of the streets of Malta becoming the theatre of Amora.”
It-12-il akrobata li qed jieħdu sehem qatt ma dehru qabel f’Malta u għalhekk dan se jkun l-ewwel spettaklu tagħhom f’pajjiżna.
Qal, “We created this trio specifically for this show in Malta and we’re very excited to present it tomorrow, for the first time, in front of an audience.”
Il-Ministru għat-Turiżmu, Clayton Bartolo, qal li dan l-avveniment li sar mistenni minn bosta. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għat-Turiżmu, Carlo Micallef, stqarr li din il-kollaborazzjoni se toħloq niċċa ġdida għat-turiżmu filwaqt li tpoġġi lil pajjiżna fil-quċċata tax-xena kulturali.