Fl-aħħar jiem saru rimarki u kummenti fuq il-midja soċjali dwar każ ta’ lezzjoni tal-PSCD li allegatament trattat is-suġġett tal-abort fi skola tal-Istat.
Dwar dan il-Ministeru stqarr li f’suġġetti sensittivi bħal dawn, id-direzzjoni tal-Ministeru u tad-Direttorati dejjem kienet li jiġu trattati b’mod oġġettiv kif ukoll relatat għall-etá tal-istudenti.
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qal li se jkun qed jiġi evalwat il-materjal ippreżentat f’din il-lezzjoni. Se jingħata ukoll widen għad-diskussjoni li tqanqlet. “Il-Ministeru dejjem jibqa’ jirrispetta l-professjonalitá u l-ġudizzju tal-edukaturi,” temmet tgħid l-istqarrija.