Mil-lum sal-10 ta’ Diċembru, matul is-sittax il-jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, Fondazzjoni Sebħ, qed tniedi kampanja madwar Malta u Għawdex bl-isem ‘Stand with Sebħ’. Matul din il-kampanja, kumpaniji, organiżazzjonijiet u l-publikku huma nkoragguti jxerrdu l-messaġġ li huma wkoll qed jingħaqdu ma ‘Sebħ fil-ġlieda biex tiġi eliminata l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal’.
Din il-kampanja bdiet illum b’konferenza għall-maniġers fil-qasam tar-riżorsi umani fil-Palazz ta’ San Anton, taħt il-patroċinju tal-Eċċelenza tiegħu l-President George Vella. Din il-konferenza kellha l-għan li tressaq fil-qrib id-dinja korporattiva u dik soċjali sabiex jiżdied l-għarfien u s-sensittivita` dwar sitwazzjonijiet diffiċċlli li jgħaddu minhom impjegati u b’hekk jinħolqu postijiet sikuri fuq il-post tax-xogħol u jiżdied l-għarfien ta’ kif jistgħu jiġu ndirizzati dawn is-sitwazzjonijiet. Fost dawk li attendew kien hemm l-Ministru tal-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal l-Onor Michael Falzon, s-Sa Audrey Friggieri, Kummissarju għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika u l-Sa Antoinette Vassallo, l-Kummissarju tat-Tfal.
Mill-25 ta’ Novembru, s-servizzi fi ħdan Fondazzjoni Sebħ, ser iżuru diversi kommunitajiet f’Malta u Għawdex biex ixxerdu l-messaġġ favur l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal. Huma ser jinkoraġixxu kumpaniji biex jesibixxu s-solidarjeta` tagħhom f’dan ir-rigward. Bl-istess mod 16-ilrestaurant, wieħed kull ġurnata tal-kampanja, wkoll qed juru solidarjeta u jippromovu l-kampanja ma` dawk li jżuru l-istabiliment f’dik il-ġurnata kif ukoll billi jagħtu donazzjoni għal din il-kawża.
Matul il-kampanja l-pubbliku huwa nkoraġġut li jxerred il-messaġġ fuq is-siti tal-midji soċjali tagħhom u juru li huma wkoll qed jingħaqdu ma’ Fondazzjoni Sebħ f’din il-kampanja. B’dan il-mod nkunu qed nagħtu vuċi qawwiji li dawk li jesperjenzaw vjolenza. Flimkien għandna risponsabilita li nitfgħu dawl fuq din l-pjaga soċjali u naħdmu flimkien biex tiġi eliminiata l-vjolenza mill-ħajja tan-nisa u t-tfal.