Fl-aħħar partita tal-Ħamis, minn Grupp F, il-Brażil kisbu tliet punti kontra s-Serbja f’rebħa komda ta’ 2 – 0.
Il-Brażil iddominaw il-konfront speċjalment fit-tieni taqsima fejn kibru fil-kunfidenza wara li fetħu l-iskor. L-ewwel taqsima intemmet fid-draw ta’ 0 – 0 fejn minkejja li l-Brażil kienu aħjar, s-Serbja ma qagħdux lura anzi kienu kompatti ħafna fil-logħob tagħhom.
Ma ftit aktar minn siegħa logħob l-attakant ta’ Tottenham Richarlison fetaħ l-iskor u 11 il-minuta wara reġa sab ix-xibka biex għamel l-iskor 2 – 0.
Minkejja li skorjaw żewġ gowls, il-Brażil ma waqfux anzi komplew jagħfsu lill-avversarji madanakollu ma rnexxilhomx jerġgħu jsibu x-xibka.
Skor finali Brażil 2 Serbja 0 bil-partita tkun ikkontrollat mill-Iranjan Alireza Faghani.
Ritratt: Hindustan Times