Il-Ħadd li ġej il-Partit Laburista se jorganizza attività politika bis-sehem tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela.
L-attività se ssir fiċ-Ċentru Laburista tal-Fgura u se tibda għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ filgħodu.
Din l-attività hija l-ewwel waħda li se tkun qed issir proprju wara l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista, li ġiet organizzata fuq jumejn fi tmiemil-ġimgħa li għaddiet bit-tema “Fiduċja f’Pajjiżna”.
Tkellimna mal-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, li ddeskriviet din l-attività bħala okkażjoni biex inkomplu nifhmu l-viżjoni li għandu l-Prim Ministru Robert Abela għal pajjiżna.
“L-attività ta’ nhar il-Ħadd hija okkażjoni oħra sabiex inkompu naraw il-viżjoni tal-Prim Ministru, il-viżjoni tal-Partit Laburista li toffri aktar fiduċja u akar stabbilità f’pajjiżna. Imma, aktar minn hekk, l-okkażjoni ta’ nhar il-Ħadd hija okkażjoni biex niltaqgħu lkoll flimkien, okkażjoni li nuru s-sabiħ tal-attiviżmu politiku wara li kien hemm nuqqas minħabba l-avvenimenti li ġraw minħabba tal-Covid. Fuq kollox, nuru kif l-attiviżmu jista’ jwassal sabiex flimkien naħdmu għal politika aħjar f’dan il-pajjiż”