Nhar l-Erbgħa filgħaxija, tħabbru r-rebbieħa tas-seba’ edizzjoni ta’ Premju Servizz bi Tbissima waqt ċerimonja mtella’ mill-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).
Din l-edizzjoni kkonsistiet minn ħames kategoriji, filwaqt li l-votazzjoni mill-pubbliku saret bejn il-Ġunju u Lulju.
Għal din l-edizzjoni ġew innominati aktar minn 1,500 bejjiegħ u negozju fil-ħames kategoriji. L-aqwa ħamsa f’kull kategorija ġew ivverifikati mill-Bord ta’ Servizz bi Tbissima sabiex jaċċertaw il-validita’ tal-voti u jassiguraw li dawn segwew it-termini.
Il-kumpaniji rebbieħa f’ kull kategorija ingħataw ċertifikat, trofew, u d-dritt li jużaw il-logo ta’ Servizz bi Tbissima fuq materjal promozzjonali.
Dawn huma r-rebbieħa
Il-kategorija ta’ Prodotti Elettroniċi u Affarijiet għad-Dar:
L-ewwel post: SCAN
It-tieni post: Triple A
It-tielet post: Top Choice
Il-kategorija ta’ Bejjiegħa Lokali Onlajn:
L-ewwel post: hairhaven.mt
It-tieni post: scanmalta.com
It-tielet post: mvintage.com
Il-kategorija Moda u Sbuħija:
L-ewwel post: Hair Haven
It-tieni post: Inglot
It-tielet post: MVintage
Il-kategorija Servizzi tal-Ivvjaġġar u tat-Trasport:
L-ewwel post: ROCS
It-tieni post: Sisu Travel
It-tielet post: Brittania Tours
Il-kategorija Supermarkets u Mini Markets :
L-ewwel post: Maypole
It-tieni post: Smart Supermarket
It-tielet post: Wellbee’s Supermarket
Intant, waqt iċ-ċeremonja, l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-fatt li din is-sena l-kompetizzjoni kellha konkorrenza ta’ 10,00 vot aktar mis-sena li għaddiet. Fil-fatt, għal din l-edizzjoni, ġew irreġistrati aktar minn 18,000 vot.
Iċ-Chairperson tal-MCCAA Helga Pizzuto, spjegat kif din il-kompetizzjoni toħloq element ta’ pożittività u ssaħħaħ ir-relazzjoni bejn il-konsumaturi u l-bejjiegħa.
Min-naħa tagħha, id-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Grace Stivala, saħqet dwar l-importanza li l-bejjiegħa lokali jżommu lilhom infushom infurmati dwar l-obbligi legali tagħhom.