Wara r-rispons qawwi għall-kunċert ta’ Andre Rieu f’pajjiżna, il-mużiċist ħabbar li se jkun qed itella spettaklu ieħor fuq il-Fosos tal-Floriana nhar it-2 ta’ Settembru, 2023.
Rieu kien Malta fil-15 ta’ Novembru: żjara li magħtulha ħabbar l-ewwel kunċert, li se jsir fl-ewwel ta’ Settembru. Dakinhar huwa spjega li kemm-il darba ltaqa’ ma’ Maltin hu jdur id-dinja jistaqsuh meta se jżur lil pajjiżna. Kien għalekk li ddeċieda li flimkien mat-tim tiegħu jżuru lil Malta u jgħażel li jħabbar dati ta’ meta se jkun qed jagħmel il-kunċerti tiegħu. Huwa esprima gratitudni għall-mod li bih intlaqa’ f’pajjiżna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-kummenti għat-tħabbira tat-tieni kunċert tiegħu wasslet għal rispons qawwi fuq Facebook stess.