Aktar kmieni, irrapportajna dwar skambju ħelu bejn il-Papa Franġisku u l-Ambaxxatur ta’ Malta mhux residenti għall-Istat tal-Vatikan, Frank Zammit, li wassal għall-iskambju tal-kallotta.
Fi kliem Frank Zammit:
“…iltqajt mal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. Preparajtlu ittra sabiex jitlob għal Jake Vella u tlabtu jiskambja miegħi z-zucchetto tiegħu sabiex intih lil Jake kif nasal Malta. Lil Jake ma nafux. Imma kif nasal Malta ser nikkuntatja lil-familtu sabiex ngħaddihilu.”
Ftit tal-ħin ilu, Jake laqa’ l-karlotta, iddeskriva dan il-ġest bħala sorpriża, u irringrazzja lill-Ambaxxatur Malti.
Jake Vella huwa tifel magħruf għad-determinazzjoni tiegħu, għaliex minkejja l-problemi reltati ma’ saħħa, dejjem jibqa’ għaddej bil-kampanji tiegħu u bl-attività sportiva.
Bħalissa, Jake għaddej minn mumenti ta’ sfida partikolari u jinsab l-isptar. Huma bosta l-individwi, għaqdiet u gruppi ta’ ħbieb li qed jingħaqdu u joffru t-talb, il-kuraġġ u t-tama lil Jake u l-familja tiegħu.
Il-familja tiegħu irringrazzjat lill-Ambaxxatur Malti ta’ dan il-ġest:
F’isem One News, nawguraw fejqan ta’ malajr lil Jake.