Il-President tal-Ukrajna Volodmyr Zelensky akkuża lir-Russja b’delitti kontra l-umanità wara li numru ta’ missili kkawżaw qtugħ ta’ dawl madwar l-Ukrajna.
F’indirizz lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, Zelensky qal li l-attakki Russi wasslu biex miljuni ta’ nies jispiċċaw bla provvista tal-enerġija, tal-ilma kif ukoll m’għandhomx riżorsi biex isaħħnu djarhom f’temperaturi li jinżlu taħt iż-żero.
It-tliet impjanti Ukreni li jinsabu taħt il-kontroll Russu ġew skonnettjati mill-grid elettriku filwaqt li l-impjant ta’ Zaporizhzhia qed jiddependi fuq generators li jaħdmu bid-diżil sabiex ikunu jistgħu jitħaddmu s-sistemi.
Issa, li daħal iż-żmien tal-aktar xhur kesħin, ir-Russja żiedet l-attakki fuq l-infrastruttura tal-enerġija Ukrena.
Ritratt: Getty Images