Fl-Al Bayt Stadium kellna l-ewwel logħba minn Grupp F, bejn il-Marokk u l-Kroazja.
L-ewwel taqsima kienet waħda ferm bilanċjata, biż-żewġ timijiet li kienu kontinwament għassa ta’ xulxin.
Fiż-żewġ minuti ta’ ħin miżjud qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-gowlkiper tal-Marokk Yassine Bounou salva lit-tim tiegħu darbtejn fuq Andrej Kramarić u Nikola Vlašić. Kien hemm ukoll, ix-xutt tajjeb ta’ Luka Modric minn barra l-kaxxa, bil-ballun li għadda għoli.
B’hekk l-iskor wara tmiem l-ewwel taqsima baqa’ dak ta’ 0-0.
Il-bidu tat-tieni taqsima kompla jkun wieħed eċċitanti, b’diversi ċansijiet perikolużi fuq iż-żewġ naħat.
Il-logħba ntemmet fi dro ta’ mingħajr gowls, biż-żewġ timijiet jistennew x’se jkun ir-riżultat bejn il-Belġju u l-Kanada. Il-logħba tibda fit-20:00.
Intant fis-14:00 minn Grupp E, il-Ġermanja jilagħbu kontra l-Ġappun u fil-17:00 Spanja kontra l-Kosta Rika.
Ritratt: AP