Il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Miriam Vella jinsabu Londra jżuru lill-pazjenti Maltin li jinsabu rikoverati hemmhekk u lil qrabathom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Akkumpanjati mis-Sur John Huber, Chairman tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund (MCCF), il-President u s-Sinjura Vella żaru wkoll diversi sptarijiet fejn jiġu rikoverati pazjenti Maltin, fejn iltaqgħu ma’ tobba u ma’ konsulenti li jkollhom taħt il-kura tagħhom lil dawn il-pazjenti.
F’Londra, huma kellhom ukoll laqgħa mas-sorijiet Franġiskani u Agostinjani li jilqgħu lil uħud mill-pazjenti Maltin.
Sakemm il-President Vella kien Londra, il-Professur Frank Bezzina qed iservi fil-kariga ta’ Aġent President ta’ Malta. Id-delegazzjoni Maltija mistennija tasal lura Malta l-Erbgħa.