Fi Triq il-Kartaġiniżi, il-Qrendi, fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu ġiet fi tmiemha operazzjoni delikata ta’ aktar minn 17-il siegħa li fiha ġie arrestat f’daru r-raġel ta’ Bernice Cassar, Roderick Cassar ta’ 41 sena, li huwa l-allegat qattiel fl-omiċidju fil-tagħha li seħħ it-Tlieta filgħodu f’Kordin, f’Raħal Ġdid.
Il-Kelliem tal-Pulizija, Brandon Pisani, qal lill-midja li wara li saru diversi tentattivi mal-allegat aggressur, il-Pulizija tal-Ispecial Intervention Unit sgassaw il-bieb tal-appartament li jinsab fit-tieni sular tal-blokka.
Hemmhekk ġew sparati numru ta’ flashbangs u r-raġel ġie arrestat.
Fuq il-post il-Pulizija sabet ukoll l-arma tan-nar li x’aktarx intużat fl-omiċidju. Ir-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi waqt l-arrest, iżda xorta waħda qed jiġi assistit minn tim mediku.