F’logħba oħra minn Grupp C, il-Messiku u l-Polonja spiċċaw il-konfront f’parita ta’ 0 – 0 f’logħba li ftit li xejn offriet emozzjoni.
Minkejja li l-Messiku kienu l-aħjar tim fil-grawnd, kienu l-Polonja li resqu l-iżjed viċin il-gowl meta fil-58 minuta il-captain Robert Lewandowski twaqqa’ bir-referee tal-partita Chris Beath, wara li jikkonsulta mal-VAR, jordna penalty. Mill-11 il-metru lis-stess Lewandowski ra l-konklużjoni tiegħu tiġi salvata mill-goalkeeper Guillermo Ochoa.
Il-Messiku xorta baqgħu fil-kontroll tal-partita madankollu l-ftit dominanza li kellhom ma gietx imsarrfa f’gowls.
Dan ir-riżultat bla dubju jagħti nifs qawwi lill-Arġentina li huma l-favoriti li jirbħu l-grupp minkejja li tilfu aktar kmieni matul il-ġurnata.
Ritratt: The Telegraph