Francesco Brincat, ta’ 23 sena mill-Marsa, wieġeb li mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih wara li allegatament ikkawża ġrieħi gravi lil raġel ieħor, permezz ta’ oġġett li sab mal-art waqt argument fil-Marsa.
Id-difiża argumentat li ż-żagħżugħ kien qed isuq meta l-allegat vittma baqa’ fin-nofs jagħmel il-mossi u joffendih.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Prosekuzzjoni ma sabitx oġġezzjoni għat-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Iż-żagħżugħ inħeles mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €5,000, li jiffirma fl-għassa tal-Ħamrun tliet darbiet fil-ġimgħa u li ma jagħmilx kuntatt mal-vittma.