Omm ta’ tnejn li kienet irreġistrata bħala single mother biex tkun tista’ tikkwalifika għall-benefiċċji soċjali, se tiġi investigata għall-frodi.
Dan wara li hi stess ressqet il-każ quddiem il-Qorti tal-Familja, billi sentejn wara li l-koppja nfirdet talbet għall-ħlas tal-manteniment mill-missier bijoloġiku ta’ wliedha, li fil-verità kien joqgħod magħha.
Għal snin twal, l-omm kienet issostni li hi tgħix bil-benefiċċji soċjali u b’xi għajnuna finanzjarja minn ommha sabiex issostni lit-tliet uliedha, tnejn minnhom l-ulied bijoloġiċi tar-raġel li kienet qed tgħix miegħu.
Il-Qorti ffissat ukoll is-somma ta’ arretrati għal €6,000, li għandhom jitħallsu fi 30 pagament bin-nifs fix-xahar. Ordnat ukoll liż-żewġ partijiet iġorru nofs l-ispejjeż, filwaqt li talbet lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jinvestiga l-allegata frodi.