Fi stqarrija fuq il-midja soċjali, il-kumpanija Gozo Channel qalet li minħabba r-riħ qawwi previst għal għada t-Tlieta, is-servizz tal-vapuri bejn il-fliegu jista’ jieqaf jew ma jimxix mal-iskeda normali.
Il-kumpaniji tal-fast ferries diġà ħabbru li ħassru s-servizz tagħhom bejn il-gżejjer.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Min ħin għall-ieħor, l-Uffiċċju Meteoroloġiku qed joħroġ twissijiet minħabba r-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin.