Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, jiġifieri bejn Lulju u Settembru, inħarġu 446 permess għall-bini ta’ 2,092 residenza ġdida.
Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li nnutaw li, minn dawn ir-residenzi, li 1,488 huma appartamenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn dawn iċ-ċifri ħareġ ukoll li ngħataw permessi sabiex isiru 348 penthouse, 177 maisonette, u 58 terraced house.
L-ikbar numru ta’ residenzi ġodda approvati kienu f’Ħal Qormi, il-Mosta, u s-Sannat.