Għall-ewwel darba fl-istorja, il-FIFA ntroduċiet servizz inklussiv sabiex turi l-aħjar siltiet tal-64 logħba tal-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tazza tad-Dinja. Fil-fatt minn fuq il-pjataforma FIFA+ qed jitwasslu l-aħjar siltiet tal-logħbiet kollha, bil-lingwa tas-sinjali.
Ta’ min jgħid li xahar qabel eżatt tal-bidu tat-Tazza tad-Dinja 2022 fil-Qatar, l-istazzjon Għarbi beIN Sports introduċa l-interpretu bil-lingwa tas-sinjali waqt il-bulletin tal-aħbarijiet li jixxandar fit-tmienja ta’ filgħaxija.
Fi kliem id-Direttur tal-Istazzjonijiet beIN Mohammed Al-Bader, il-ħsieb tal-kumpanija tiegħu, kien li mhux biss ikabbru l-udjenzi li jsegwu dan l-istazzjon, imma li jżidu l-inklusività fost dawk li jsegwu l-istazzjonijet tagħhom. Il-kumpanija beIN huma x-xandara uffiċjali ta’ din l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja,
Ritratt: FIFA