Is-sebgħa programm mill-avventura HazZzard ikompli t-Tnejn 21 ta’ Novembru fit-8:35pm fuq ONE, fejn ser tkompli l-avventura tad-disgħa parteċipanti fil-Kolombja. Fil-programm ta’ din il-ġimgħa ser ikomplu l-isfidi madwar il-Belt ta’ Medellin, fejn HazZzard qasam lill-parteċipanti fi tliet gruppi ta’ tliet parteċipanti l-wieħed. L-akbar sorpriża għall-parteċipanti kienet, li dawn riedu jagħmlu dawn l-isfidi madwar il-Belt marbutin flimkien minn idejhom.
Mill-banda l-oħra ma hija xejn ta’ sorpriża li l-argumenti fil-grupp ta’ Wendy, Alison u Saviour ser jibqgħu jippersistu u jeskalaw. Dan it-tim ħela ħafna ħin jiddiskuti u jargumenta. Jidher ċar li Saviour bil-karattru kalm tiegħu, jinsab marbut fin-nofs bejn Wendy u Alison, żewġ persuni li jiżbruffaw mal-ewwel. Min jaf kemm se jdum jisstaporti u jżomm ġo fih sakemm taqbiżlu huwa wkoll?
Fil-programm ta’ din il-ġimgħa l-parteċipanti ser jivvjaġġaw lejn post iehor fil-Kolombja. Hekk kif jaslu se jinqala’ battibekk bejn tliet partecipanti dwar il-klikkek.
L-avventura tkompli b’ħafna sorpriżi. Segwi hawn silta’ mis-sebgħa programm: