“Tiċċaqlaq hi, tiċċaqlaq Malta.” Din il-frażi tixhed dak li ġara fid-19 ta’ Novembru tal-1944, propju 78 sena ilu, meta sar il-pelegrinaġġ bl-istatwa ta’ Marija Immakulata meta ttieħdet lura Bormla, hekk kif waqt it-Tieni Gwerra Dinjija kienet qed tinżamm f’Birkikara.
Hawnhekk il-Bormliżi kienu għamlu wegħda li jekk il-Knisja ta’ Bormla ma titkissirx bil-bombi, kienu se jieħdu lura l-istatwa u l-kwadru titulari, permezz ta’ pelegrinaġġ.
Il-gwerra kisret id-djar ta’ madwar il-knisja u l-knejjes l-oħra fil-Kottonera, iżda l-Knisja ta’ Bormla baqgħet fuq saqajha.
B’hekk fid-19 ta’ Novembru kien sar pelegrinaġġ bl-istatwa u l-kwadru tal-Immakulata Kunċizzjoni minn Birkirkara għal Bormla.
Ritratti minn dakinhar juru Strada Rjali fil-Ħamrun mimlija bin-nies sabiex jirringrazzjaw lill-Marija Immakulata, wara l-kefrija tal-attakki f’din il-gwerra.
Biex jerġa’ jfakkru dan l-avveniment storiku, f’Novembru ta’ tliet snin, f’għeluq il-75 sena minn din il-ġrajja, l-istatwa tal-Kunċizzjoni ttieħdet lura f’Birkirkara.
Dan il-pelegrinaġġ sar ftit ġimgħat qabel il-festa ta’ Marija Immakulata, li tiġi ċċelebrata fit-8 ta’ Diċembru.