Ġew irrappurtati aktar attakki fl-Ukrajna, l-għada li r-Russja wettqet fost l-ikbar bombardament minn kemm ilha li bdiet il-gwerra.
Qed ikun irrappurtat li faċilità tal-produzzjoni tal-gass u fabbrika tal-missili fi Dnipro kienu fost l-aktar milquta fl-aktar attakk riċenti, li ħalla minn tal-inqas erba’ persuni mejta.
Fl-aħħar ġimgħat, fil-mira tal-attakki mir-Russja, kien hemm l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna.
Sadanittant, missili laqtu waħda mill-ikbar bliet Ukreni fejn ikkawżaw nirien f’faċilità industrijali u ħallew numru ta’ persuni midruba.
Kmieni filgħodu, fil-kapitali Kiev, iddominaw il-ħsejjes tas-sireni bħala twissija ta’ attakk ieħor bil-missili.