Miljuni ta’ persuni fir-Renju Unit qed jaffaċċjaw iżjed ħlasijiet ta’ taxxa u żieda fil-kontijiet tal-enerġija.
Meta kien qed jitkellem dwar it-tbassir tal-ħarifa, il-Kanċillier Jeremy Hunt ħabbar għexieren ta’ biljuni f’taxxi.
Filwaqt li rrikonoxxa li r-Renju Unit qiegħed f’riċessjoni, qal li fil-pjanijiet futuri hemm li terġa’ tinbena l-ekonomija u jonqos id-dejn.
Huwa ħabbar friża fil-limiti tat-taxxa tad-dħul, li se tfisser li miljuni ta’ persuni se jkollhom iħallsu iżjed flus f’taxxi.
L-għajnuna fil-kontijiet tal-enerġija wkoll se tonqos, u minn April li ġej qed ikun stmat li kont tipiku se jitla minn elfejn u ħames mitt sterlina fis-sena, għal tlett elef sterlina.
Minħabba r-riċessjoni se jiġu milquta setturi oħra. Fost l-oħrajn, minn April tal-2025, il-vetturi elettriċi mhux se jibqgħu eżentati mid-dazju tas-sisa.