Ħaddiem Malti ta’ 47 sena minn San Ġwann tilef ħajtu traġikament wara li waqgħa minn għoli ta’ madwar sular u nofs il-Marsa.
Dan l-inċident traġiku seħħ għall-ħabta tad-9:15am fi Triq Belt il-Ħażna, hekk kif il-ħaddiem kien qed jagħmel xogħol fuq saqaf ta’ maħżen.
Immedjatament fuq il-post marru s-servizzi tal-emerġenza, fosthom membri tal-Protezzjoni Ċivili u anki membri mill-Korp tal-Pulizija. Fosthom il-Kelliem tal-Pulizija Brandon Pisani, li mal-midja qal li sfortunatament ir-raġel ġie ċċerfikat mejjet fuq il-post.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa, Charmaine Galea, waqt li l-Pulizija qed tinvestiga dwar dan il-każ.
Intant, l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA, qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha.