Elon Musk qal lill-ħaddiema ta’ Twitter li jridu jimpenjaw ruħhom u jikkommettu li jaħdmu “sigħat twal b’intensità għolja” jew inkella jitilqu mill-kumpanija.
F’email lill-ħaddiema, qed ikun irapportat li s-sid il-ġdid tal-midja soċjali qal li l-ħaddiema li għandhom jaqblu mal-premessa li jekk iridu jibqgħu, iridu jaħdmu aktar minn normal.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dawk li ma jiffirmawx dan il-ftehim bil-miktub s’għada għandhom tliet xhur ħlas u wara ma jibqgħu jaħdmu għal Twitter.