Matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa tal-Gudja kien ta’ 104, minn dawn kien hemm 97 każ ta’ serq u 7 każi ta’ frodi.
Din l-informazzjoni ħarġet meta l-Ministru Carmelo Abela ġie mistoqsi fil-Parlament mid-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici dwar kemm kien hemm rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-għassa tal-Gudja tul is-sena 2016.
Meta mistoqsi l-istess mistoqsija dwar il-lokalitajiet ta’ Raħal Ġdid u ż-Żejtun, il-Ministru qal li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid kien ta’ 181, minn dawn kien hemm 169 każ ta’ serq u 12 il-każ ta’ frodi filwaqt li l-ammont ta’ rapporti ta’ serq u frodi li ġew irrappurtati fl-Għassa taż-Żejtun kien ta’ 98, minn dawn kien hemm 87 każ ta’ serq u 11 il-każ ta’ frodi.