Minn 3,840 każ li daħlu fid-Dipartimenti tal-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali bejn is-sena 2013 sas-sena 2016 rispetttivament, ġew solvuti 1,120 każ.
Din l-informazzjoni ngħata f’mistoqsija fil-Parlament li saret lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, Helena Dalli mid-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo.
Fl-2013 l-ammont totali ta’ każijiet li daħlu kienu 995 fejn 926 ġew solvuti filwaqt li 69 każijiet għadhom miftuħa. Fis-sena 2014 daħlu 956 każ fejn 869 każ ġew solvuti u 87 minnhom għadhom miftuħa. Fis-sena 2015 minn 922 każ ġew solvuti 650 filwaqt li 272 għadhom miftuħa. Fis-sena 2016 kien hemm 967 każ fejn mill-ammont totali ġew solvuti 470 każ filwaqt li 497 każ għadhom miftuħa