Matul l-2021, il-produzzjoni totali ta’ ħut imrobbi iġġenerat mill-akkwakultura u l-industrija tat-trobbija tat-tonn ammontat għal €224.9 miljun; żieda ta’ 25.9% fuq dak irreġistrat fl-2020.
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħabbar dan fi stqarrija, fejn ikkwota ir-riżultati taċ-ċensiment annwali mwettaq fost l-intrapriżi li joperaw fl-akkwakultura lokali u t-tonn.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan żvela li s-sena li għaddiet, il-produzzjoni totali minn din l-attività ekonomika kibret b’€46.2 miljun jew 25.9% fuq dak irreġistrat fl-2020.
L-istatistika turi wkoll żieda fl-ispejjeż operattivi; liema żieda tlaħħaq id- 9.4% fuq l-2020.
Il-valur miżjud gross tal-industrija żdied b’76.0 fil-mija għal €77.6 miljun