Il-ġgant tat-teknoloġija Amazon bdiet tagħti s-sensja lill-impjegati tagħha. Dan joħroġ minn kummenti fuq is-sit soċjali LinkedIn, minn ħaddiema li qed jgħidu li ġew affettwati minn dan tnaqqis fl-impjiegi.
Din il-ġimgħa ġie rrappurtat li l-kumpanija qed tippjana li tnaqqas 10,000 impjieg, jew madwar 3% tal-ħaddiema kollha tal-uffiċċju tagħha.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost dawk li ngħataw is-sensja hemm impjegati tal-assistent virtwali Alexa, ħaddiema tal-pjattaforma tal-logħob Luna u Lab126, u ħaddiema tal-qarrej virtwali Kindle.