Hekk kif qed joqrob il-Milied, il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali jinsab armat għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.
F’kitba fuq Facebook, il-Ministru responsabbli mix-Xogħlijiet Pubbliċi Stefan Zrinzo qal it-Tnejn filgħaxija nxtegħel l-armar tal-Milied li ntrama fil-Ġnien Formali, bħala parti mill-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Dan il-ġnien ġie inawgurat f’Marzu li għadda, mill-Prim Ministru Robert Abela bħala parti mill-proġett massiċċtal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, li se jservi bħala l-akbar pulmun aħdar li qatt ra pajjiżna.