F’Bali, l-Indonesia bħalissa għadddejj is-summit bejn bosta mexxejja dinjija magħrufin bħala l-G20.
Il-grupp tal-G20 li tradizzjonalment ikun magħmul minn 19-il-President u Prim Ministru differenti u rappreżentant tal-Unjoni Ewropea, jirrappreżenta 85% tal-ekonomija globali u 75% tal-kummerċ globali.
Fost dawn hemm, Xi Jinping taċ-Ċina, il-President Franċiż, il-Prim Ministru Taljan, il-Ministru għall-Intern Russu, il-President Amerikan, il-Prim Ministru Ingliż, il-President Tork u oħrajn.
Dawn mistennija jiddiskutu bosta temi kruċjali, fosthom il-gwerra fl-Ukrajna u l-kriżi li ġabet magħha fl-ekonomija u fis-settur tal-enerġija, il-kriżi fil-klima u l-programm tal-armi nukleari li qed tuża l-Korea ta’ Fuq.
Għajnejn il-midja internazzjonali fost l-oħrajn se tkun fuq il-mexxejja taċ-Ċina u l-Amerka minħabba s-sitwazzjoni tat-Tajwan, iżda jum qabel beda s-summit Joe Biden għamilha ċara li mhu qed ifittex biex jibda kunflitt ma’ dan il-pajjiż u li mhux se jkun hemm gwerra bierda ġdida.