Regiostars huwa premju Ewropew għal proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti juru eċċellenza u metodoloġiji ġodda fl-iżvilupp reġjonali.
Iċ-Ċittadella f’Għawdex kienet finalista darb’oħra f’dawn il-premjijiet, wara n-nomina fl-2018 fil-kategorija ‘Ninvestu fil-Wirt Kulturali’.
Issa ċ-Ċittadella hija nnominata mill-ġdid. L-2022 timmarka anniversarju speċjali għal Regiostars: hija l-15-il edizzjoni tal-konkors, li beda fl-2008. Biex jiġi ċċelebrat dan l-anniversarju, intgħażlu 15-il proġett fost finalisti u rebbieħa tal-edizzjonijiet li għaddew, u ntbgħatu ġurnalisti żgħażagħ għal dawn il-proġetti biex joħolqu mini-dokumentarji dwar dak li ġara min-nomina tar-Regiostars.
Ara d-dokumentarju dwar iċ-Ċittadella biulli tgħafas hawn.
Il-Kummissarju għall-Koeżjoni u r-Riformi, Elisa Ferreira, se tippremja lill-favoriti skont il-vot pubbliku f’ċerimonja organizzata f’Evora, il-Portugall.
Dawn huma d-dettalji biex tivvota: