Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li għaddejjin diskussjonijiet sabiex jiżdiedu l-pieni għal dawk li jinqabdu jużaw il-mowbajl waqt li jkunu qed isuqu u għal dawk li jkunu qed isuqu waqt li jkunu xurbana jew taħt l-influwenza ta’ sustanzi.
Meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, huwa qal li dawn id-diskussjonijiet għaddejjin bħala parti mill-emendi għall-Istrateġija għas-Sigurtà fit-Toroq, bil-għan li jkun hwn aktar infurzar fit-toroq u jonqsu l-inċidenti.
Intant, meta mistoqsi dwar il-karigi biex jimtlew il-karigi ta’ Ombudsman u ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Ministru qal li l-ġimgħa li għaddiet iltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar dan. Qal ukoll li hemm proposta sensibbli għal dawn iż-żewġ kariġi.