Il-President Ukren Volodymyr Zelensky żar il-belt ta’ Kherson, jiem wara li lliberawha truppi Ukreni.
Huwa tkellem ma’ suldati miġbura fil-belt, u qal li l-Ukrajna miexja ‘l quddiem u lesta għall-paċi. It-telfa ta’ Kherson għar-Russi, meħuda fl-istadji bikrija tal-invażjoni, hija daqqa ta’ ħarta kbira għar-Russja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sadanittant il-President Volodymyr Zelensky qal li l-forzi Ukreni sabu evidenza ġdida li twettqu reati tal-gwerra minn okkupanti Russi.
“L-armata Russa ħalliet warajha l-istess atroċitajiet bħal f’reġjuni oħra ta’ pajjiżna,” qal Zelensky. “L-investigaturi diġà ddokumentaw aktar minn 400 delitt tal-gwerra.”
Żied jgħid li qed jinstabu l-katavri ta’ nies maqtula, kemm ċivili kif ukoll militari.