Persuna ġiet arrestata b’rabta mal-isplużjoni li seħħet il-Ħadd waranofsinhar f’Istanbul, li ħalliet minn tal-inqas sitt persuni mejta u aktar minn tmenin oħra midruba.
L-isplużjoni seħħet f’waħda mit-toroq sinonomi max-xiri, fiż-żona popolari ta’ Taksim fiċ-ċentru ta’ Istanbul.
L-awtoritajiet Torok qalu li l-ewwel indikazzjonijiet juru li l-isplużjoni kienet riżultat ta’ attakk terroristiku mwettaq minn mara.
Il-President Recep Tayyip Erdogan qal li min wettaq l-attakk se jiġi kkastigat.
Il-Ministru għall-Ġustizzja qal li fit-triq fejn seħħ il-każ, ġiet innutata mara bilqiegħda fuq bank għal aktar minn 40 minuta, li mbagħad telqet minuti biss qabel l-isplużjoni.