Terence Azzopardi beda id-difiża tat-titlu ta’ champion nazzjonali Autocross bl-aħjar mod hekk kif rebaħ l-ewwel round tal-Kampjonat li ttella’ l-Ħadd 30 ta’ Ottubru. Kienet Finali missielta ferm hekk kif Andrew Pisani daħal fit-tieni post fuq Opel Nova b’manuvra fl-aħħar dawra tat-tellieqa fuq Jean Paul Grech, li daħal fit-tielet post fuq Peugeot 106. Justin Buttiġieġ daħal fir-raba’ post fuq Opel Nova segwiet minn Karl Micallef u Joseph Micallef, t-tnejn fuq Opel Corsa.
Finali B intrebħet minn Nickovich Chirchop fuq Peugeot 106, segwiet minn Daniel Micallef fuq Opel Corsa, Geert Grech fuq Opel Tigra, Charlo Zammit fuq Opel Nova, Dorianne Galea fuq Ford Fiesta u Dylan Formosa fuq Fiat Uno.
Ir-round li jmiss jitella’ l-Hadd 27 ta’ Novembru. Il-programm jibda f’nofs-in nhar b’ġurnata sħiħa ta’ tlielaq issegwi hekk kif is-sewwieqa jissiltu fuq tlett heats biex jiksbu post fil-finali tal-ġurnata.