Kersten Catania u Abigail McManus Sultana nħelsu mill-arrest wara li ammettew li serqu minn ġo guesthouse abbandunata fil-limiti tan-Naxxar, nhar is-sitta ta’ Settembru.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Id-Difiża spjegat li kważi kollox ġie rritornat diġà u li l-bieb kien miftuħ u d-dar kienet abbandunata.
Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech tat il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom garanzija personali u depożitu.