Il-kowċ tat-tim Nazzjonali Malti tal-waterpolo Karl Izzo ser ikun qed jikkontesta l-elezzjoni għal ħatra ta’ President tal-ASA. Izzo ikkonferma dan f’intevista ma’ The Times of Malta.
Karl Izzo ilu kowċ tat-tim Nazzjoanli Malti mill-2013 fejn taħt it-tmexxija tiegħu waslu numru kbir ta’ suċċessi għat-timijiet nazzjonali Maltin tal-Waterpolo.
Matul l-intervista Izzo sostna li l-ASA għanda bżonn tkun iżjed professjonali u trasparenti u huwa propju għalhekk li ser ikun qed jissostometti l-kandidatura tiegħu matul il-ġurnata tat-Tnejn. Dan ifisser li Karl Izzo ser ikun qed jaffaċċja lill-President attwali Joe Caruana Curran li ilu jmexxi lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Sport Akwatiku għal dawn l-aħħar 12 il-sena.
Izzo ser ikun qed inidi l-progam tiegħu fil-ġranet li ġejjin liema program jikkonsisti f’ħames pillastri li kollha jistaw jiġu attwati f’perjodu ta’ tlett snin.
L-elezzjoni għal President tal-ASA ser isir fil-29 ta’ Novembru.
Ritratt: Times of Malta