Minn tal-inqas erba’ persuni mietu u tlieta u ħamsin oħra ndarbu fi splużjoni f’żona traffikuża u popolari fiċ-ċentru t’Istanbul fit-Turkija.
Filmati li qegħdin jiċċirkulaw fuq il-midja soċjali juru l-mument tal-isplużjoni u l-kommossjoni li konsegwentament inqalgħet wara.
Il-President Tork, Tayyip Erdogan, qal li min kien il-moħħ wara din l-isplużjoni se jkun ikkastigat filwaqt li l-awtoritajiet Torok għadhom iridu jikkonfermaw il-kawża tal-isplużjoni.
Is-servizzi tal-emerġenza jinsabu fiż-żona ta’ Taksim f’din il-belt.
Il-Gvernatur t’Istanbul qal li l-isplużjoni seħħet fl-erbgħa u għoxrin ta’ waranofsinhar, ħin lokali, f’Istiklal Street.
Fl-2016 l-istess triq kienet fil-mira ta’ attakk suwiċida, it-Turkija sofriet minn diversi attakki mill-Istat Iżlamiku u l-Kurdi permezz ta’ bombi.