Żewġ persuni ġew ikkomfermati li tilfu ħajjithom wara li ħabtu żewġ ajruplani ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija waqt xow f’Dallas l-Istat ta’ Texas.
Filmati tal-inċident juri ż-żewġ ajruplani jidħlu f’xulxin fil-baxx, jieħdu n-nar u b’ajruplan minnhom jidher jinqasam minn nofs.
L-ajruplan minnhom kien tat-tip Boeing B-17 Flying Fortress, li kien ajruplan użat mill-Forsi tal-Istati Uniti fit-Tieni Gwerra Dinjija, filwaqt li l-ieħor kien tat-tip P-63 Kingcobra, u li kien jintuża mill-Forzi tal-Ajru tal-Unjoni Sovjetika.
L-Assoċjazzjoni tal-Piloti li tirrapreżenta l-bdoti tal-linji tal-ajru Amerikani qalet li fl-impatt tilfu ħajjithom żewġ membri minn tagħha, Terry Baker u Len Root.
Dan filwaqt li rapporti oħra fil-midja qegħdin jgħidu li sa sitt persuni setgħu tilfu ħajjithom.