Raġel akkużat li għen biex jinħeba l-ġisem ta’ Eleanor Mangion Walker, allegatament maqtula mir-raġel tagħha, qed jiffaċja akkużi ġodda.
Il-Pulizija qed takkużah li ffalsifika numru ta’ dokumenti wara li fl-appartament fejn jgħix instabu numru karti tal-identità bir-ritratt tiegħu.
Kristijan Zekic mhux ġdid għall-Pulizija, wara li fil-Qorti deher ukoll b’rabta mat-traffikar tad-droga u l-pussess ta’ arma mingħajr liċenzja.